Il-Ministru Julia Farrugia Portelli kitbet dwar pjanista lokali li qed tagħmel suċċess fil-karriera mużikali tagħha. Alessia Bonnici ma ħalliet xejn ifixkilha minn li twettaq il-ħolm tagħha.
“Brava Alessia Bonnici, pjanista ta’ 19-il sena fuq l-ispettru tal-awtiżmu li fil-21 ta’ Settembru se ttella’ t-tielet kunċert li se jwassal messaġġ awtentiku dwar l-inklużjoni. Music Speaks se jittella’ fit-Teatru Salesjan u d-dħul kollu se jmur għall-The Malta Trust Foundation.”
Bravissima Alessia nawgurawlek ħafna aktar suċċessi!