F’filmat emozzjonali li ġie segwit minn mijiet ta’ miljuni minn madwar id-dinja, plejer żagħżugħ Olandiż ta’ 19-il sena jidher qed jissielet mal-emozzjonijiet tiegħu hekk kif f’idejh kien qed iżomm flokk b’isem il-maħbuba tiegħu Elisa li proprju ftit ġranet qabel dik il-partita futbol tilfet ħajjitha f’inċident traġiku.
Fil-fatt it-tfajla tal-plejer li kien għad kellha biss 21 sena tilfet ħajjitha wara li waqt li kien qed tiġġogja sfat vittma ta’ daqqa ta’ karozza.
B’turija ta’ solidarjetà, sħab il-plejer li lagħbu f’dik il-partita waħlu ma’ dirgħajhom faxxa sewda sabiex huma wkoll juru s-sogħba tagħhom.
YouTube / ESPN NL