"Plejer Mat-Tim Nazzjonali Ta' Taħt Id-19-il Sena, Ingħaqad Mat-Tim Skoċċiż Tal-Università Ta' Stirling." – Prosit Sebastian Cassar Torregiani!

Il-paġna tal-programm Replay ħabbret li Sebastian Cassar Torregiani, eks player ta’ St.Andrews FC Malta kif ukoll plejer mat-tim nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena, ser ikun qed jinghaqad mat-tim Skoċċiż tal-Università ta’ Stirling. “Sebastian għamel id-debutt għal University of Stirling Football Club u lagħab il-logħba sħiħa bħala attakkant fejn ta żewġ assists. Huwa jifforma parti milll-‘High Performance Athlete Programme’ ta’ Stirling.”

Din hi università mimlija unuri, fejn fl-2020 rebħet anke t-titlu tal-Aqwa Università għall-Isports fir-Renju Unit.
u fiha kien hemm diversi atleti li rebħu l-medalji waqt l-Olimpjadi tal-2020 li saru ftit ilu.

“L-aħbar sabiħa għal Cassar Torregiani tasal wara li fl-istaġun li għadda għamel id-debutt tiegħu mal-iskwadra ewlenija ta’ St.Andrews FC Malta. F’Ottubru li għadda, fl-eta’ ta’ 17-il sena, hu daħal bħala sostitut fir-rebħa ta’ 2-0 fuq Vittoriosa Stars. Sa tmiem l-istaġun li għadda, Cassar Torregiani lagħab 13-il darba u skurja gowl fiċ-Challenge League.”

Minn qalbna nawguraw lil Sebastian!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI