Melanie Kelly tiltaqa’ ma’ Danita, magħrufa aħjar għall-paġna tagħha One Chick and a Yorkie. Magħha taqsam diversi episodji differenti minn ħajjitha, episodji li jmorru lura għat-tfulija, oħrajn li jmorru lura fiż-żgħożija u oħrajn aktar riċenti.
Danita titkellem dwar il-vjaġġ professjonali tagħha, mill-ħidma ma’ ommha, għall-ħidma fid-dwiefer u llum influencer full-time. Taqsam magħna kif beda l-vjaġġ tagħha u kif kibret matul is-snin.
Hi titkellem b’mod onest dwar il-valuri li sawru fiha l-ġenituri tagħha. Ommha ta’ spiss narawha magħha fuq il-mezzi soċjali u tnissel anke tbissima lis-segwaċi ta’ Danita. Valuri li llum saret tgħaddi lil binha u li temmen fihom bis-sħiħ, ċertament li se tieħdu gost tisimgħu dwar dan għax tassew ġejjin minn post onest.
Dan u aktar waqt Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida perżentat minn Melanie Kelly. Segwu Kellymni ħalli taraw lil Danita f’intervista differenti mis-soltu fejn se jkompli joħroġ il-karattru kkulurit ta’ Danita.