KELLYMNI

Kellymni: Episodju 37 – Angele Cuschieri

Play

Melanie Kelly tiltaqa’ Angele Cuschieri li flimkien ma’ Rennie tieħu ħsieb Puttinu Cares. Podcast xi ftit differenti minn tas-soltu iżda żgur se jinżel għasel mas-segwaċi kollha. Ir-raġuni hija sempliċi, ħa tifhmu mill-qrib il-ħidma mill-isbaħ li qed jagħmlu Puttinu Cares.

Ħidma li tmur lil hinn milli jgħinu fil-fejqan tal-pazjenti, iżda ħidma li tgħin lill-pazjenti, lill-familjari tagħha u lil kull min jiġi bżonnhom. Ħa tifhmu aħjar kemm hi importanti l-għajnuna tan-nies u kemm hawn nies qed jgħinu fis-silenzju, kemm f’ħajjithom u kemm anke wara li jgħaddu għall-ħajja ta’ dejjem.

Angele tirrakkonta l-vjaġġ personali tagħha u kif min ħeġġiġha taqbad din il-linja spiċċa tilef ħajtu mill-kanċer u kienet Angele li għenet lill-ħabiba tagħha f’ċertu mumenti. Hi titkellem dwar il-kumbinazzjonijietli jseħħu kuljum, kumbinazzjonijiet li tista’ tgħid m’huma xejn ħlief mirakli. Puttinu hu miraklu ħaj.

Dan u aktar waqt Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida perżentat minn Melanie Kelly. Segwu Kellymni ħalli taraw lil Angele f’intervista aktar profonda u ssir tafu aħjar il-persuna wara l-wiċċ anġeliku.

IXXERJA

PARTNERS UFFIĊJALI