KELLYMNI

Kellymni: Episodju 44 – Joseph Chetcuti

Play

Melanie Kelly, fl-episodju li jmiss se tkun qed tlaqqa’ s-semmiegħa u s-segwaċi ma’ karattru tassew vivaċi li m’għandu bżonn ta’ ebda introduzzjoni fuq l-istazzjonijiet lokali. Il-preżentatur Joseph Chetcuti li barra li hu magħruf għall-ħidma tiegħu fuq it-televiżjoni, nafuh ukoll bħala vjolinist. Hu dejjem għaddej b’xi proġett jew ieħor.

Joseph se jitkellem dwar il-fatt li hu tewmi u kif ħadd ma kien qed jistenna li l-ġenituri tiegħu se jkollhom tewmin. Se jkompli bil-fatt li kien tassew tifel imqareb u li ma tantx kien jispikka fil-qasam akkademiku sakemm iddeċieda li jpoġġi moħħu hemm. Iżda x’kien wassal għal din il-bidla?

Joseph jitkellem dwar il-bidu tiegħu fuq it-televiżjoni u jitkellem b’mod onest dwar is-sesswalità tiegħu. Hu jitkellem bi mħabba kbira dwar il-missjoni u jaqsam numru ta’ esperjenzi sbieħ li għex tul l-aħħar tmien snin, fejn xammar idejh u tela’ għal din l-esperjenza li missitlu qalbu kull darba li mar.

Hu b’tant passjoni jitkellem fuq Brillatni li se jibda fil-jiem li ġejjin, programm li qed jagħti ċans lil ħafna talent jispikka. Insomma se tkunu tistgħu tiskopru aktar waqt Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida perżentat minn Melanie Kelly.

IXXERJA

PARTNERS UFFIĊJALI