Melanie Kelly, tlaqqana ma’ Peppi Azzopardi. Preżentatur lokali b’qalb tad-deheb li m’għandu bżonn ta’ ebda introduzzjoni għax għamel snin jidħol fid-djar tagħna ta’ kull ġimgħa, il-ġimgħa filgħaxija. Hu se jitkellem fuq diversi sitwazzjoni soċjali li hawn madwarna li forsi hu sensittiv aktar għalihom minħabba li tul ħajtu ltaqa’ ma’ diversi sitwazzjonijiet. Fil-podcast ħa taraw ukoll lil Melanie temozzjona ruħha grazzi għal waħda mill-poeżiji li kiteb Peppi, li għandu ħakma mill-aqwa tal-mod kif jesprimi ruħu.