Miriana, tingħaqad ma’ Melanie Kelly fuq Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida fejn se titkellem għall-ewwel darba dwar esperjenzi li ftit jafu. Esperjenzi li ma kienu xejn faċli għaliha, iżda grazzi għas-sapport li dejjem sabet minn ommha, nannitha u familjari oħra, irnexxielha ssib is-saħħa li kellha bżonn. Miriana titkellem dwar is-saħħa mentali, il-bullying u n-nuqqas ta’ flus li kellhom bħala familja meta kienet qed tikber. Se tifhmu li wara l-artist, hemm persuna bl-istorja tiegħu.