Ingrid Sammut, tingħaqad ma’ Melanie Kelly fuq Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida fejn tidħol fid-dettall dwar l-esperjenza li tkellmet b’kuraġġ dwarha fuq il-mezzi soċjali. Ingrid waqt li kienet fuq il-programm HazZzard kellha uġigħ minn saqajha għal daharha u kienet temmen li kien xi nerv. Minkejja l-uġigħ baqgħet għaddejja u tista’ tgħid li għamlet kważi l-avventura kollha. Iżda ma kinitx taf li dak li kellha kien kanċer li se jibdlilha ħajjitha mil-lejl għan-nhar, infatti dawn l-aħħar ftit xhur ma kienu xejn faċli għaliha.