Maxine Pace, tingħaqad ma’ Melanie Kelly fuq Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida, fejn se jkollna ċ-ċans li nsiru nafuha aktar mill-viċin. Rajnieha tikber quddiemna, minn festival għall-ieħor. Dik it-tifla żgħira kibret u bdiet ukoll il-professjoni ta’ nutar. Għaddiet minn battalja li wriet kemm għandha reżiljenza u minkejja d-diffikulta li titlef xi ħadd daqstant għażiż, tibqa’ għaddejja inkluż bl-eżamijiet li kellha li kienu jibdew mill-għada li kellha l-funeral t’ommha. Lil hinn minn dan, toħrop l-umilità ta’ Maxine.