Ron, jingħaqad ma’ Melanie Kelly fuq Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida, fejn se jkollna ċ-ċans li nsiru nafu aktar minn hemm wara l-personalità ta’ dan il-preżentatur li naraw fuq it-televiżjoni tagħna. Rajnieh jikber quddiemna, minn programm għall-programm ieħor. Ron għandu karattru mill-isbaħ u partikolari mmens, japprezza lit-telespettaturi mmens li jagħtuh il-ħin tagħhom. Ir-rispett li għandu hu xi ħaġa speċjali mmens u ċertament li dan it-telespettaturi japprezzawh. Hu jitkellem ukoll dwar it-telfa ta’ ommu u l-imħabba kbira lejn l-għeżież uliedu.