KELLYMNI

Kellymni: Episodju 68 – Yazmin Helledie

Play

Yazmin Helledie tingħaqad ma’ Melanie Kelly fuq Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida, fejn titkellem fit-tul dwar it-tqala tagħha li kienet waħda mimlija sfidi. Hi tirrakkonta kif kollox inbidel meta l-ilma nfaqa’ kmieni, u kif dak il-mument ġab miegħu inċertezza kbira u biża’ għall-futur tat-tarbija ġewwa ġufha.

Yazmin taqsam l-esperjenza tagħha, il-mumenti ta’ tensjoni u l-appoġġ li rċeviet tul dak iż-żmien delikat. B’qalb miftuħa, hi titkellem dwar it-twelid ta’ Minna li damet ftit biex tiltaqa’ magħha.

B’ħafna emozzjoni, Yazmin tesprimi kif dawn l-esperjenzi bidluha bħala omm u bħala persuna, u kif illum tħares lejn bintha bħala simbolu ta’ saħħa, differenza u sbuħija awtentika. Din il-konversazzjoni hija waħda mimlija mħabba, kuraġġ u riflessjoni profonda.

IXXERJA

PARTNERS UFFIĊJALI