L-Ajruport internazzjonali ta’ Malta qal li t-temperaturi mistennija li jkunu għola min-norma ta’ daż-żmien tas-sena. Fil-fatt hemm ċans kbir li l-ewwel mewġa tas-sħana hi fil-viċin.
Biex tkun meqjusa bħala mewġa tas-sħana, l-ogħla temperatura trid tkun ħames gradi jew aktar sġuna mit-temperatura medja tax-xahar għak aktar minn 3 ijiem.
il-Ġimgħa u s-Sibt, it-temperatura mistennija li tkun laħqet it-30°C, filwaqt li l-Ħadd tinżel ftit għal 28°C. Dan meta t-temperatura medja għax-xahar ta’ Mejju hija ta’ 24.3°C.