Danica Muscat mhuwiex wiċċ ġdid għax ilkoll nafu kemm hija kantanta brava, b’vuċi eċċezzjonali. Iben din il-kantanta, Roen jidher li minn ċkunitu diġà qed jimxi fuq il-passi t’ommu għax l-imħabba lejn il-mużika u l-kant hemm qiegħda diġà!
Dan it-tifel, li għandu ħames snin tista’ tgħid li trabba fil-mużika. Saħansitra minn meta kien f’ġuf ommu diġà kien qed jisma’ l-mużika! F’dan il-vidjow nistgħu nisimgħuh ikanta l-kanzunetta ta’ Freddie Mercury ‘Bohemian Rhapsody’. Huwa sar iħobb lil Freddie Mercury minn meta ra l-film li ħareġ reċentament ‘Bohemian Rhapsody’. Nistgħu ngħidu li iben Danica hu wieħed mill-iżgħar fans ta’ Freddie Mercury! Tgħid Roen se jieħu t-talent tal-kant t’ommu?
Fl-2014 Danica kienet ħadet sehem fil-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta ‘Close Your Eyes’, bil-lirika ta’ Emil Calleja Bayliss u bil-kompożizzjoni ta’ Elton Zarb. Danica kienet iddedikat din il-kanzunetta lil binha Roen u naturalment hija kanzunetta għal qalbha ħafna!