Dan il-preżentatur lokali llum jagħlaq l-40!
Ħafna jafuh mill-programmi li kellu fil-passat fosthom VS fuq Fliving. Illum il-ġurnata nisimgħuh fuq Radju Malta kull filgħodu bil-programm Żveljarin. Apparti x-xandir, kemm-il darba jitfa’ xi ħsieb fuq il-midja soċjali li jservi ta’ eżempju tajjeb u ispirazzjoni għas-segwaċi tiegħu.
Dan mhu ħadd ħlief Roderick Azzopardi Custo. Bosta kienu li għarfuh mill-ewwel mir-ritratti u kkummentawlu wkoll.
Minn qalbna nawguraw lil dan il-preżentatur dedikat u professjonali l-isbaħ xewqat!