Premju Ta' €50,000 Għar-Rebbieħ Ta' X Factor Malta – X'Taħsbu Dwar Dan?

It-tim ta’ X Factor żvela r-rigal tat-tielet edizzjoni ta’ X Factor Malta. Ir-rigal prinċipali tal-ewwel u t-tieni edizzjoni kien li r-rebbieħ imur il-Eurovision Song Contest, iżda r-rebbieħ tat-tielet edizzjoni ħa jkun qed jieħu €50,000 fi premju.





Fuq il-paġma tagħhom huma ħabbru, “Kburin u iktar ferħnin li nħabbru li r-rebbieħ ta ’din is-sena X Factor Malta se jirbaħ €50,000 fi flus. Dan il-premju se jkun l-akbar wieħed li qatt rat Malta fuq it-TV. L-applikazzjonijiet huma miftuħa issa għan-nies ‘il fuq minn 15-il sena.”

Dan hu l-ikbar premju li wieħed qatt seta’ jirbaħ fuq it-televiżjoni Maltija. Taħseb li għażla tajba li r-rigal m’għadhux esperjenza mużikali iżda premju finanzjarju li wieħed jista’ jinvesti fil-karriera tiegħu?

Facebook / X Factor Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI