“Privileġġ Rari” – Claire Agius Ordway Fi Strasburgu Waqt L-Għoti Tal-Premju Sakharov

Metsola_Agius Ordway

Il-preżentatriċi lokali Claire Agius Ordway kellha ċ-ċans li tkun Strasburgu, biex issegwi mill-qrib l-għoti tal-Premju Sakharov mill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola lir-rappreżentanti tar-rebbieħa.

“Privileġġ rari,” qalet Claire. “Li nara l-irwol tal-President Metsola mill-qrib fakkarni kemm tmexxija vera teħtieġ responsabbiltà, dinjità u preżenza.”

Il-Premju Sakharov jingħata kull sena mill-Parlament Ewropew għal-libertà tal-ħsieb. Din is-sena ġie mogħti lil żewġ ġurnalisti li jinsabu l-ħabs.

Il-President Metsola onorat lill-ġurnalisti Andrzej Poczobut u Mzia Amaglobeli b’rikonoxximent tal-ġlieda kuraġġuża tagħhom għal-libertà tal-espressjoni u l-futur demokratiku tal-Belarussja u l-Georgia.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI