Problema Għal Bosta Għawdxin Hekk Kif Jibdew Jiżdiedu L-Kjus Tan-Nies u Għad M’Hemmx Terminal Miftuħ

Wara xi ħsarat li ġarrab f’Jannar li għadda minħabba l-maltemp, it-terminal fil-Belt għadu ma nfetaħx għal publiku. Dan qed iżid mal-problema ta’ bosta Għawdxin li jiddependu fuq is-servizz tal-istess vapur.

Waħda mill-problemi huma l-kjuws twal ta’ nies li diġa bdew jinġemgħu għal ma’ kull vapur, speċjalment lejn tmiem il-ġimgħa. Numru kbir ta’ nies qed iqattgħu ħin twil fis-sħana tax-xemx hekk kif m’hemmx post fejn tistkenn.

Apparti hekk, xi nies li xtraw il-biljett tal-vapur minn qabel qalu li xorta kellhom jistennew wara l-bqija tan-nies li kien għadhom ma xtrawx biljett. Normalment ikun hemm ringieli separati għal min ikun xtara l-biljett onaljn u dawk li jkunu għadhom iridu jixtruh.

Bosta huma tal-opinjoni li għandu jkun hemm ringieli separati għal dawk li jużaw il-vapur għall-skopjiet ta’ xogħol u skola u dawk li jkunu fuq vaganza.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI