Illejla s-Supretendent tas-Saħħa Prof. Charmaine Gauci ser tkun mistiedna waqt il-programm Illum ma’ Steph fuq TVM, fejn ser twieġeb kemm jista’ jkun mistoqsijiet li għandu l-pubbliku.
Fuq il-paġna uffiċjali it-tim ta’ Steph ħabbar dan, “Il-lejla Profs Charmaine Gauci, is-supretendent tas-saħħa ha tkun maghna tispjega iktar dwar il-booster tal-vaċċin.. tistghu tibghatu l-mistoqsijiet hawn taħt. Grazzi.”
Jidher li l-mistoqsijiet diġà bdew taħt ir-ritratt fil-kummenti. Ħafna qed jistaqsu dwar it-tfal u jekk hux ħa jitlaqqmu fiż-żmien qarib, dwar il-booster għall-anzjani, dwar il-booster għal tfal minn 12-il sena ‘l fuq u aktar.
Jekk tixtieq tistaqsi xi mistoqsijiet tista’ tiktibhom fil-kummenti tar-ritratt t’hawn taħt, jew fil-kummenti tal-post ta’ dan l-artiklu fuq il-paġna tagħna ta’ Facebook.