Proprjetà Pubblika Mogħtija B’Titolu Ta’ Kera Lil Inter Club Pupi Zanetti

Proprjetà pubblika li hija taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet ġiet trasferita b’titolu ta’ kera għal ħmistax-il sena lill-għaqda non-governattiva Inter Club Pupi Zanetti sabiex tintuża biex isservi bħala l-post tal-klabb għall-użu esklussiv tal-membri tiegħu. F’dan il-post se jiġu organizzati laqgħat għall-wiri tal-logħbiet tal-futbol, b’mod partikolari dawk tat-tim Inter, kif ukoll attivitajiet soċjali u rikreattivi għall-membri tal-klabb. Il-proprjetà tinsab f’Nru. 7, Triq l-Ifran, il-Belt Valletta.

Fil-qalba tal-proġett hemm ir-rikonoxximent tal-importanza tal-għaqdiet volontarji u sportivi fil-bini ta’ komunitajiet b’saħħithom u attivi, kif ukoll fil-promozzjoni ta’ sens ta’ appartenenza u identità kollettiva.
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li dan il-proġett huwa eżempju ċar ta’ kif proprjetà pubblika tista’ tintuża b’mod sostenibbli u b’għan soċjali, filwaqt li tinżamm ħajja l-identità urbana u storika tal-Belt Valletta. Huwa saħaq li l-Gvern jibqa’ impenjat li jappoġġja inizjattivi li jsaħħu t-tessut soċjali u kulturali ta’ pajjiżna.

Waqt din il-konferenza ingħataw kummenti minn leġġendi tal-Inter Danilo D’Ambrosio, Giuseppe Bergomi, Javier Zannetti u Giuseppe Baresi fejn faħħru dan il-mument tant importanti.
It-trasferiment ġie ffirmat mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet Robert Vella u minn Paul Fenech fil-kapaċità tiegħu ta’ President tal-Inter Club Pupi Zanetti.







Ritratti:

Facebook / Inter Club PUPI Zanetti Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI