Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-Membru Parlamentari Romilda Zarb sellmet il-memorja tan-nannu tagħha li kellu l-anniversarju tal-mewt tiegħu lbieraħ.
Hi qalet, “Ilna mingħajrek, Nann … jien kont għadni sekondarja… Proprju 31 sena ilu, għal ħabta ta’ dan il-ħin, int striħajt nann … imma hawn ħallejt vojt kbir li qatt ma ntela. Il-ħajja ta’ persuna tibda, tintemm; il-ġid li tkun għamlet matul ħajjitha jibqa’ għal dejjem.
Qalet ukoll, “Illum, għaddew snin twal… il-ħin jgħaddi, il-ferita ttaffi ftit, imma n-nuqqas jibqa’ jinħass fil-fond tal-qalb. Il-memorji tiegħek jibqgħu jgħixu fija f’kull tbissima, f’kull tifkira, f’kull valur sabiħ li ħallejt warajk.”
Insellmu l-memorja tiegħu.
Facebook/Romilda Zarb