"Proset Alicia Kburija Bik." – Bint Maria La Barokka B'Ċertifikat Mill-Isbaħ!

Żmien tal-iskola huwa żmien sabiħ iżda li kapaċi jkun fih it-turbulenzi tiegħu għall-istudenti. Minkejja dejjem ngħidu li l-edukazzjoni importanti, jkollna nammettu li hi stressanti u kważi qiegħda ssir dejjem aktar impenjattiva għall-istudent.

Kull ġenitur irid jara lil uliedu jirnexxu u ċertament li meta jiġu mfaħħra għal dak li għamlu, jieħdu pjaċir daqshom jekk mhux aktar! Fil-fatt Maria La Barokka xerrdet fuq il-profil tagħha ċertifikat mill-isbaħ li rċeviet bintha Alicia. Iċ-ċeritikat qed jipremja lil Alicia talli ġiet minn ta’ quddiem f’attività bl-isem ta Red House. Il-messaġġ ta’ Maria hu li l-iskejjel importanti li jinkoraġġixxu lill-istudenti u biex “jagħtu motivazzjoni”.

Maria tifraħ lil bintha u tiktbilha, “Proset Alicia kburija bik.” Brava Alicia u ibqa’ sejra hekk! Nieħdu l-okkażjoni biex nagħmlu kuraġġ lill-istudenti kollha u nawgurawlhom għall-eżamijiet li ħa jkollhom dalwaqt! 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI