"Proset Kbira Lill-Programmi Kollha, Għax Kollha Ġew L-Ewwel" – L-Attur Komiku Brian Farrugia

Kull min kien fuq il-mezzi soċjali fl-aħħar 24 siegħa, induna li ħarġu r-riżultati ta’ liema huma l-aktar programm segwiti fil-pajjiż. Donnu ġib l-għaġeb, kulħadd ġie l-ewwel! Imma kif jista’ jkun?





L-attur komiku Brian Farrugia feraħ lil kulħadd tas-suċċess miksub, “prosit kbira lill-programmi kollha, għax kollha ġew l-ewwel.” Ħaġa kemxejn impossibbli, imma donnu kulħadd isib il-mod tiegħu sabiex jgħid li ġie l-ewwel. Min ġie l-ewwel fil-faxxa tiegħu, min ġie l-ewwel fil-ġurnata, min ġie l-ewwel fuq l-istazzjon, min ġie l-ewwel f’xi ħin partikolari… insomma kulħadd donnu ġie l-ewwel f’xi ħaġa.



Il-preżentatur Indri Attard kiteb, “Wara li kulħadd qed jgħid li fis-servey ta’ L-Awtorità tax-Xandir ġie l-ewwel, infakkarkom li l-lejla l-programm jibda fis-18.20 fuq Net FM. Jien ma nafx il-kemm ġejt imma naħseb hemm xi 4 jisimgħuni.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI