Puttinu Cares B’Inizjattiva Sabiħa Għal Min Joffri Pledge Fil-Maratona Tal-Ġimgħa L-Kbira

Il-Maratona ta’ Puttinu Cares tinsab magħna. Din is-sena, Puttinu Cares flimkien ma’ Parks Malta ħarġu b’inizjattiva għal kull min joffri pledge waqt il-maratona tal-Ġimgħa l-Kbira.

Puttinu se jkun qed iħawwel siġra f’isem xi ħadd għażiż għal kull min se joffri pledge, fejn kull siġra se jkollha isem fuq tabella. B’din l-inizjattiva se jkun aktar possibbli li l-pazjenti jkollhom aktar għajnuna u fl-istess ħin ikompli jisbieħ l-ambjent ta’ Malta.

Dan ġie mħabbar ilbieraħ wara li Parks Malta ħawwlu l-ewwel siġra biex tiġi mfakkra l-memorja ta’ Dr. Victor Calvagna.





Apparti l-pledge line, bħas-soltu se jkun hemm linji differenti tat-telephone u mowbajl fejn wieħed ikun jista’ jċempel u jagħti d-donazzjoni tiegħu lil Puttinu Cares.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI