Fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares ġie miktub paragrafu biex il-paġna ssellem i-memorja ta’ John Angelo Piscopo u jirringrazzjaw lill-familija u l-ħbieb tiegħu tad-donazzjoni li tawhom.
Huma kitbu, “Huwa b’niket kbir li niftakru lil John Angelo Piscopo li miet fl-età ta’ 59 sena fil-5 ta’ Jannar 2025 f’Palermo. Grazzi lil dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja tiegħu fejn ġie miġbur total ta’ €410 f’ismu li ġie mogħti bħala donazzjoni lil Puttinu Cares. Il-ġenerożità tagħkom hija verament apprezzata. Jixtrieħ fil-paċi. Nixtiequ nesprimu l-kondoljanzi tagħna lill-familja u lill-qraba tiegħu f’dan iż-żmien diffiċli.”
Inżommu lilu u l-qraba u l-ħbieb tiegħu fit-talb tagħna u nirringrazzjawhom ta’ dan il-ġest nobbli. Jistrieħ fis-sliem.
Facebook / Puttinu Cares