Puttinu Cares xtaqu jirringrazzjaw lill-pubbliku kollu għall-ġenerożità inkredibbli li kontinwament juri bl-ammont ta’ donazzjonijiet. Waslu f’punt fejn il-komunità kellha tħabbar li l-ħwienet tal-Karità ta’ Puttinu jinsabu mimlijin.
Jidher li dal-aħħar irċevew volum qawwi immens ta’ donazzjonijiet, li bla dubju huma tant grati għalihom. “Madankollu, il-maħżen tagħna bħalissa qed jesperjenza influss kbir ħafna, u sfortunatament ikollna nissospendu temporanjament id-donazzjonijiet sakemm inkunu nistgħu nirranġaw l-inventarju tagħna b’mod effiċjenti.”
Japprezzaw immens il-qalb kbira tan-nies kif ukoll il-fatt li qed jifhmu s-sitwazzjoni kif inhi. Ser ikunu qed javżaw minnufih malli jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jaċċettaw iktar donazzjonijiet.
Prosit lil kull min jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu!