Ilbieraħ it-tifel tal-awtur lokali Giovann Attard, Jethro ċċelebra għeluq sninu. F’dan il-jum għażiż, Giovann qasam ritratt flimkien ma’ ibnu fuq il-mezzi soċjali tiegħu u messaġġ qasir mill-qalb.
Giovann jikteb, “Għażiż ibni Jethro li għamiltni papa mill-ġdid għat-tieni darba, qabel twelidt int qatt ma immaġinajna li konna mimlijin b’daqshekk imħabba għalik u għal ħuk f’daqqa. Għadda ż-żmien u, ħaġa tal-iskantament, l-imħabba kompliet u għadha tikber kull ġurnata. Dak li kien impossibbli, għamiltuhulna possibbli. Jalla tibqa’ bil-għaqal kif int, u l-Mulej iżomm idejh fuqek u jbierek it-talenti li għandek!
Happy Birthday Jethro u ibqagħli bil-għaqal!”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nittamaw li kellu jum mill-isbaħ mimli b’dak kollu li tixtieq qalbu u nawgurawlu sena mimlija saħħa, hena u avventuri ġodda li jagħmlulu ħajtu aktar interessanti.
Facebook / Giovann Attard