L-Ex Membru Parlamentari Ewropew u ex-Ambaxxatur Joseph Cuschieri wera s-sogħba tiegħu għat-telfa traġika ta’ Patri Dun Victor Enriquez O. Carm waqt li kien qed jgħum. Joseph Cuschieri sejjaħlu ħabib tant li qal: “Kont tiftaħar ma’ kulħadd li jien kont l-abbatti tiegħek.”
Semma wkoll kemm ħadem bl-aktar mod eżemplari f’isem il-Mulej u wettaq ħafna ġid maż-żgħażagħ, għarajjes, miżżewġin u fil-parroċċa.
Kulħadd jaf li Joseph Cuschieri huwa devot kbir tal-Madonna tal-Karmnu u talabha biex tilqgħu fi ħdanha lil dan il-patri li kien maħbub ħafna u li fforma parti mill-ordni Karmelitana f’pajjiżna.
Insellmu l-memorja ta’ dan il-Patri li ħadem tant minn qalbu. Hija sfortuna li ma nisimgħux spiss is-sabiħ ukoll li toffri l-għalqa tal-Mulej u bħal donnu fl-aħbarijiet issemmu iżjed spiss, aħbarijiet negattivi.
Żgur li Patri Enriquez kien ta’ eżempju tajjeb għal kull min kien jafu!
Ritratt: Facebook/ Joseph Cuschieri