“Qalli: ‘Bis-Saħħa Tiegħek Se Nispiċċa L-Ġurnata Fuq Nota Tajba'” – Il-Banana Minn MasterChef Malta

Il-parteċipant Leigh Spiteri Chircop magħruf aħjar bħala l-Banana li bħalissa qed narawh ġimgħa wara l-oħra fuq MasterChef Malta tkellem dwar kif b’telefonata ta’ 15-il minuta rnexxielu jgħin persuna li kienet qed tħossha ħażin.

“Bagħtitli din il-persuna u qalli li kien qed iħossu ftit ħażin għaliex fost oħrajn kien hemm qed jiġġudikah fuq il-piż tiegħu… aktarx li ħassu komdu jitkellem miegħi għax dan l-aħħar kien qed jarani fuq MasterChef,” spjega l-parteċipant.

Hu semma kif ftit wara ċempillu u wara li għamlu madwar 15-il minuta jitkellmu fuq it-telefon, il-persuna stqarr li beda jħossu ħafna aħjar.

“Qed nikteb din l-istorja biex nurikom kif b’15-il minuta tistgħu tibdlu l-ġurnata ta’ xi ħadd u kemm mument żgħir jista’ jħalli mpatt kbir,” temm jikteb il-Banana.







Ritratti:

Facebook / Leigh Spiteri Chircop u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI