“Qaluli Fadalli Ġimgħat… Imma Għadni Hawn” – Derya Satariano

“Minn qalbi kollha rrid ngħid dan,” jibda l-messaġġ sinċier maqsum minn Derya Satariano, li bħalissa qed tissielet kontra l-marda tal-kanċer tas-sider fi stadju erbgħa.

Hija tiżvela kif xahrejn ilu, it-tobba qalulha li kien fadlilha biss ftit ġimgħat x’tgħix u madankollu, illum għadha hawn. Mhux għax tħoss lilha nnifisha aktar b’saħħitha minn ħaddieħor u lanqas għax ma tibżax  iżda għax kif tgħid hi stess, “il-pjan ta’ Alla huwa akbar mill-previżjonijiet tal-bniedem.”



Fil-messaġġ tagħha, hija tistqarr li l-ġranet tagħha huma diffiċli ħafna u mimlija uġigħ. Għaldaqstant fost dan kollu, tħoss gratitudni kbira għall-imħabba li rċeviet mingħand nies li qed jitolbu għaliha, li qed jibagħtulha messaġġi ta’ kuraġġ u li qed iżommuha f’qalbhom.



B’ton umli u emozzjonanti, hija tgħid grazzi lil kulħadd u tagħmel talba għal dawk li wrewlha mħabba. Talba għal paċi fid-djar tagħhom, saħħa fil-ġisem, u faraġ fil-qalb. “Grazzi talli għenuni nibqa’ ħajja, mhux biss fil-ġisem imma wkoll fl-ispirtu,” tikkonkludi Satariano.



Ritratti:

Facebook/ Derya Satariano PT

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI