It-tabib Frank Portelli dan l-aħħar qed jiżvela l-messaġġi b’mod anonimu li qed jibgħatulu bosta nies. Wieħed minn dawn il-messaġġi kien mingħand infermiera li ġiet f’kuntatt ma’ persuna pożittiva bil-COVID-19 u naturalment kellha tagħmel swab test.
Iżda hi lil Dr. Portelli kitbitlu hekk: “Qaluli ‘sakemm joħroġ ir-riżultat, la m’għandekx sintomi, idħol xogħol.’ Avolja jien ġejt f’kuntatt direkt ma’ pazjent li ġie pożittiv.”
It-tabib ħa din l-aħbar bi kbira ħafna. Kull ma felaħ jikteb kien: “Qed niġġennu?” Dawn huma l-affarijiet li verament qed jiġru. Xi ħaġa li ma tistennix speċjalement f’sitwazzjoni fejn hemm ħaddiema ġo sptar.