Il-kantanta ta’ Malta’s Got Talent, Nicole Hammett, sfortunatament għadha kif żvelat aħbar kerha.
Fuq il-midja soċjali, hi kitbet: “Ziju Chal.. Qas nista’ nemmen li qed nikteb hekk. Ħallejtna malajr wisq. Kont raġel b’qalb tad-deheb u kont tagħmel minn kollox biex tferraħ lil familtek. Strieħ fis-sliem. Inħobbuk.”

Aħna minn Gwida.mt nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u qraba ta’ dan ir-raġel, kif ukoll lil kull min qed iħoss it-telfa tiegħu. Strieħ fis-Sliem.
Facebook/Nicole Hammett