It-tfal dalwaqt jibdew deħlin lura l-iskola u minn dik il-ġurnata nistgħu ngħidu li s-sajf ikun spiċċa għalihom.
Lorinda kitbet li Henry qasmilha qalbha wara li qalilha li s-sajf wasal fi tmiemu u li daqshekk ser jara lill-ħbieb li ltaqa’ magħhom matul is-sajf u qal ukoll li huwa mdejjaq għax qed jinbidlu l-affarijiet. “Beka ħafna u minn qalbu u qalli li issa ma jafx x’ser jagħmel.”
Meta qaltlu li hija kienet kuntenta li kien imdejjaq, Henry waqaf jibki. Imma ma qaltlux hekk għalxejn imma għax dak kien ifisser li Henry kellu sajf tajjeb u l-aħjar wieħed sa issa.
View this post on Instagram