"Qasmitli Qalbi. Kelba Li Lanqas Biss Tafni, Iżda Afdat Ruħha Kollha F’Idejja" – Innocent Paws – Maria D’Amato

Fuq il-paġna uffiċjali Innocent Paws – Maria D’Amato ġie ppubblikat ritratt ta’ kelba li sabet min isalvaha u jieħu ħsienha wara li spiċċat sena weħidha bla kumpanija. 

“Din hija Toyah — qattgħet l-aħħar sena tgħix waħedha f’dar. L-ebda komunikazzjoni umana, l-ebda mixja, l-ebda interazzjoni – kunsinni ta’ ikel ta’ kuljum biss, li żammewha ħajja. Ilbieraħ, ġbartha biex noħodha għal eżami tas-saħħa u biex niltaqa ma’ dik li possibilment tkun il-familja futura tagħha.”

Toyah serrħet rasha fuq Maria, u l-attivista tesprimi kemm ħasset fiduċja li l-kelba uriet fiha. “Qasmitli qalbi. Kelba li lanqas biss tafni, iżda afdat ruħha kollha f’idejja, mingħajr eżitazzjoni. Għandna ħafna x’nitgħallmu mill-annimali – il-lealtà tagħhom, il-ħila tagħhom, u l-maħfra tagħhom.”

Tagħlaq b’appell għal dawk li għandhom ħsieb li jadottaw.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI