Forsi kemxejn stramba ngħiduha kif inhi, għax meta wieħed jisma’ fashion show, żgur li moħħu mhux ħa jmur f’materjal riċiklat. Ħafna drabi, moħħok imur fuq materjal fin u tal-aqwa kwalità imma dan ma jfissirx li l-unika mod ta’ kif wieħed juri t-talent tiegħu f’dan il-qasam.
Il-Malti, James Dimch ħa jkun qed jippreżenta xow bl-isem ta’ Elizabeth a journey to ethical elegance ġewwa Palazzo Brancaccio f’Ruma ix-xahar id-dieħel bħala parti mill-World of Fashion. Il-kollezzjoni kollha hi magħmula minn flixken tal-plastik irriċiklati.
Facebook / James Dimech
Din mhux l-ewwel darba li d-disinjatur qed jaħdem fuq xi ħaġa ta’ dan it-tip għax diġà tella’ wirjiet oħra inkluż ilbies magħmula mill-karti u vera dehru sbieħ! Kultant tajjeb li tkun differenti għax tista’ toħloq tant affarijiet interessanti li ftit nies jaħsbu li huma possibli!
Int kieku titħajjar tilbes xi ħaġa faqa b’dan il-materjal? Ngħiduha kif inhi, ħa tkun kemxejn differenti minn ħaddieħor imma fl-istess ħin tkun qed tgħin lil ambjent! Xi trid aktar minn hekk?
Facebook / Chamber of Fashion