Il-kantanta lokali Davinia, li bħalissa tinsab tistudja fl-Istati Uniti rċeviet sorpriża mill-isbaħ mingħand waħda mill-ħbieb tagħha. Hi rċeviet ġakketta li fih ritratti ta’ Davinia tagħmel dak li tant tħobb tagħmel, tkanta u tagħtu spettaklu lill-udjenzi tagħha.

Ritratt: Instagram / Davinia Pace
Iżda fin-nofs ta’ dawn ir-ritratti wieħed jista’ jara ritratt tar-rivista Gwida, ritratt fejn Davinia kienet tinsab fuq il-faċċata tar-rivista tagħna. Għal ħafna artisti, hu unur kbir li tkun fuq il-faċċata ta’ rivista lokali u żgur li Davinia tgħożż dan il-fatt immens. Mhux l-ewwel darba li tellgħat xi memorja biex tfakkar dan.
Aħna nistqarru li qatt ma ħsibna jew għaddietilna minn moħħna li l-faċċata tal-Gwida kapaċi tispiċċa fuq dahar xi ħadd u fuq xi ġakketta aktar u aktar iżda jkollna nistqarru li tidher tal-ġenn!