“Qatt Ma Bsart Li T-Tifel Li Dejjem Kien Itellef Il-Klassi Biċ-Ċajt Tiegħu Se Jasal S’Hawn” – Kurt Se Jibda Jippreżenta The Morning Vibe

L-istazzjon tar-radju Vibe FM għadu kif ħabbar li Kurt se jkun qed jibda jippreżenta l-programm ta’ filgħodu The Morning Vibe flimkien ma’ Nate, Nicole u Marvic.

Ftit minuti wara li ħarġet l-aħbar Kurt semma fuq il-midja soċjali kif meta kien żgħir dejjem kien dak it-tifel li jitkeċċa mill-klassi għaliex jisfratta l-lezzjonijiet biċ-ċajt tiegħu u stqarr li qatt ma basar li dan kien se jwassal sabiex jingħata rwol fi programm tar-radju ewlieni.

Kurt mistenni jingħaqad mat-tim ta’ The Morning Vibe mit-Tnejn li ġej bil-programm bħas-soltu jibda jixxandar mis-6:00.







Ritratti:

Instagram / Vibe FM u Instagram / Kurt Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI