“Qatt Ma Nista’ Nkun Tajba Għax It-Telfa Ta’ Ibni Hi Wisq Kbira” – Omm Il-Mibki Francesco

Għaddew madwar sena u 6 xhur minn meta Francesco ta’ 15-il sena ħalla din id-dinja wara li tilef il-ġlieda tiegħu kontra kanċer aggressiv. Ma’ Puttinu Cares, ommu tistqarr li għadha sal-lum il-ġurnata ma tħossiex tajjeb u ssostni li ma temminx li qatt tista’ tħossha tajjeb “għax it-telfa ta’ ibni hi wisq kbira”.

Dorianne, omm il-mibki Francesco, titkellem dwar episodju iebes li kellha tgħaddi minnu snin ilu meta binha filwaqt li b’reżiljenza liema bħalha kien qed jiġġieled il-kanċer staqsiha jekk kienx se jmut.

“Meta staqsieni, kont għadtlu li iva, hemm ċans li jmut… beda jibki u jgħannaqni,” tirrakkonta l-omm emmozzjonata.

Minkejja t-telfa li ġarrbu, il-familjari tal-mibki Francesco għadhom sal-lum il-ġurnata jgħinu lill-għaqda filantropika Puttinu Cares fil-ħidma tagħhom.



Fil-Ġimgħa l-Kbira, proprju fit-3 t’April, Puttinu se jkunu qed jorganizzaw maratona ġbir ta’ fondi sabiex ikunu jistgħu jgħinu iktar pazjenti bħal Francesco.





Ritratti:

Facebook / Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI