"Qatt Ma Taf Bniedem Minn Xiex Għaddej" – Chef Daniel B'Appell Għal Iktar Sensittività

Jidher li hawn ħafna għadhom ma jafux jilħqu salibhom u jieqfu hemm. Qisu l-vizzju ikrah li naraw u niġġudikaw x’qed jagħmel ħaddieħor, għadu jiġri magħna. Chef Daniel (Daniel Borg Cardona) għadda appell fuq il-profil tiegħu biex persuna dejjem tqis dak li tgħid u qabel biss titkellem, taħseb, għax kull bniedem għandu storja tiegħu li jaf ma nafux dwarha.

“Qatt ma taf bniedem minn xiex għaddej.” Daniel kiteb li meta naraw bniedem li forsi naqas jew żied fil-piż, ma niġġudikawx, u ma nixħtux aktar melħ fuq il-ferita. Ir-raġuni għaliex ġara li ġara fil-piż tista’ tkun xi ħaġa li laqtitu mentalment jew emozzjonalment, u mhux għax ried hekk. Daniel ikompli, “Aħjar tistaqsi ‘kif int?’. Jew ħallihom bi kwiethom.” 

Daniel jirrelata dan kollu miegħu personali hekk kif isemmi xi ħaġa li mid-dehra kien hemm min tkellem żejjed dwarha jew fejn ma kienx imissu. “Iva żidt fil-piż… x’waħda din.” Għadd ta’ segwaċi qablu miegħu u komplew mal-fatt li affarijiet personali bħal dawn mhuma affari ta’ ħadd biex jiġġudika. Kien hemm ħafna messaġġi ta’ kuraġġ ukoll. 

Prosit Daniel! Messaġġ li ċertament wassaltu bl-aħjar mod!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI