"Qatt Titfgħu Lil Uliedkom Fin-Nofs!" – My Trio Tawgura Lil Binha U Tikteb Messaġġ Speċjali

Zias, it-tifel ta’ Raisa minn ‘My Trio’ għalaq għeluq snin lbieraħ. Zias twieled 12-il sena ilu, fl-10 ta’ Novembru. Raisa tħeġġeġ lill-ġenituri kollha biex ma jpoġġux lit-tfal tagħhom fin-nofs. 

“Qatt ma tista’ tneħħi l-imrar kollu dwar relazzjoni li tkun intemmet. Dak li tista’ tagħmel hu li taħdem fuq l-emozzjonijiet u tfakkar lilek innifsek li huma kwistjonijiet tiegħek, mhux tat-tifel/ tifla tiegħek. Solvi dejjem il-kwistjonijiet mal-eks tiegħek u l-problemi żommhom ‘il bogħod minn uliedek”, tikteb fuq il-paġna tagħha.

Raisa tħeġġeġ ukoll biex qatt ma jingħad affarijiet negattivi dwar l-eks quddiem it-tfal tiegħek, “…Jew iġegħelhom qisu għandhom jagħżlu. It-tifel / tifla għandha dirtt għal relazzjoni mal-ġenitur l-ieħor mingħajr influwenza tiegħek!”. Kliem sabiħ u għaqli! Proset Raisa!

Nawgurawlek Zias!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI