Qattus Iwaqqaf It-Traffiku – Mument Ta’ Kompassjoni Fit-Toroq Maltin

Mument sempliċi iżda mimli umanità seħħ f’waħda mit-toroq Maltin, hekk kif qattus mitluf daħal fi triq traffikuża u wassal biex it-traffiku jieqaf kompletament.

Minflok tgergir, tpaqpiq jew nervożità min-naħa tas-sewwieqa, dawn waqfu bil-kalma, niżlu mill-karozzi tagħhom u offrew xi ikel lill-qattus. Xi wħud li raw dan iseħħ saħansitra qabdu jċapċpu hekk kif il-qattus mexa bil-kwiet f’nofs ta’ triq, daqslikieku kien hu s-sid tal-post.



Jingħad li dan il-mument inġibed fuq filmat u nqasam fuq il-midja soċjali, fejn malajr infirex madwar id-dinja u laħaq miljuni ta’ persuni. Kienu bosta li kkummentaw u dak li ssorprendihom l-iżjed ma kienx il-qattus miexi f’nofs ta’ triq iżda r-reazzjoni tal-pubbliku. F’dinja mimlija għaġla u nuqqas ta’ paċenzja, dan il-ġest wera wiċċ ieħor ta’ Malta – dak tal-kompassjoni, ir-rispett u l-għaqda. 



Bla dubju dan kien mument żgħir li fakkar lil ħafna li kull tip t’għajnuna mill-proxxmu tista’ tagħmel differenza.. u int,li  kieku ġara dan quddiemek, kont tieqaf… jew tħaffef biex titlaq? 🐾



Ritratti:

Facebook/ Infinite Facts

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI