Qattus Li Dejjem Ikun Fl-Istess Triq Fil-Belt Valletta Jsir Popolari Mat-Turisti Li Jżuru Pajjiżna

Qattus li kważi dejjem issibu fl-istess triq fil-Belt Valletta sar popolari ma’ bosta turisti li jżuru pajjiżna tant li saħansitra ġie ddikjarat fuq l-internet bħala post ta’ referenza li kull turist għandu jżur meta jkun fuq btala f’Malta.

Turista partikolari li fuq il-pjattaforma ta’ TikTok tellgħet xi ritratti filwaqt li esprimiet il-ferħ tagħha li kellha l-opportunità tiltaqa’ ma’ dan il-qattus attirat l-attenzjoni ta’ madwar 177,000 ruħ.

B’reazzjoni, għadd ta’ turisti tkellmu dwar l-esperjenza tagħhom meta kienu vaganza f’pajjiżna u huma wkoll iltaqgħu ma’ dan il-qattus.







Ritratti:

TikTok / @alex128l2

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI