Utent li jixtieq jibqa’ anonimu bgħatilna messaġġ privat fuq il-paġna ta’ Facebook tagħna. Dan l-utent qalilna li qed ikun hemm serq miċ-ċimiterju ta’ Ħal Qormi. Jidher li hemm xi ħadd li qed imur jisraq fjuri, xemgħat u aċċessorji oħra minn fuq l-oqbra tan-nies. Dan l-utent jallega li dan il-proxxmu qed iħuf fiċ-ċimiterji biex jieħu dawn l-affarijiet. Dan ċertament mhux etiku u j’Alla min qed jisraq jinqabad.
Kellek xi esperjenza simili?