“Qed Inħossni Xi Ftit Ma Niflaħx. Riħ U Deni” – Kate: Writing My Story

Iċ-ċkejkna Kate illum teħtieġ it-talb tagħna għaliex tinsab xi ftit ma tiflaħx. Permezz ta’ kelmtejn fuq il-paġna ‘Kate: Writing My Story’, Kate spjegat dak li qed tħoss u x’qed tagħmel biex iddur għall-aħjar.

Hi kitblet, “Qed inħossni xi ftit ma niflaħx. Riħ u deni ddeċidew li jingħaqdu flimkien kontrija. Issa qed nieħu xi ftit ħin biex nistrieħ id-dar, intella’ l-enerġija, u niffoka biex inkun aħjar.”



Fir-ritratt megħmuż ma’ dawn il-kelmtejn, Kate tidher b’għajnejha magħluqin, tipprova tistrieħ. Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti mingħand nies li jixtiequ jaraw lil Kate aħjar, bit-tbissima ħelwa tagħha li nħobbu tant. Diveri minnhom kitbulha li qed jitolbu għaliha.



Nitolbu li ma ddumx ma tħossok aħjar, għażiża Kate!



Ritratti:

Facebook / Kate: Writing My Story

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI