Il-preżentatur Janvil ħabbar aħbar kbira fuq il-paġna tal-Facebook ta’ The Entertainers. “Kull bidu għandu tmiem u permezz ta’ dal-messaġġ qed intemm l-avventura tiegħi wara 6 staġuni nippreżenta The Entertainers.”
Janvil kompla jgħid kif din ma kinitx deċiżjoni faċli imma kien wasal iż-żmien li jieħu break mit-televiżjoni. Hu żied jgħid li kien ta’ unur għalih li jippreżenta dan il-programm li hu wieħed mill-aktar programmi segwiti matul il-weekend.
“Nirringrazzja lilkom it-telespettaturi, lil Spiteri Lucas Entertainment tal-opportunita li tawni u lid-diriġenti ta’ Net Television. Finalment nawgura lit-tim ta’ The Entertainers għal staġun ieħor. Ibqgħu segwu l-progrmm li żgur se jkompli jkun vetrina għat-talent lokali.”
Facebook/The Entertainer