S’issa lbieraħ rajna l-ewwel episodju tas-sensiela Ulied Il-Lejl, fejn sirna nafu ħafna mill-karattri u l-parti li se jkunu qed jaħdmu. Id-direttur Charles Stroud għadda xi kummenti fuq il-profil tiegħu dwar kantant li qed jifforma parti mis-sensiela. Fil-fatt Charles ifaħħar il-mod kif dan il-kantant u attur, “qed jagħti interpretazzjoni sinċiera.”
Dan il-kantant mhu ħadd ħlief Aidan Drakard, li qed jaħdem il-parti ta’ pietru. “Kantant iehor li ghandna f’ULIED IL-LEJL hu Aiden Drakkard li qed jidher fil-parti ta’ Pietru , hu Gorga. Qed jghati interpretazzjoni sinciera fejn l-espressjonijiet tieghu u “timing” huma f’waqthom.”
Hawn taħt għandkom togħma ta’ x’ser jiġri fit-tieni episodju ta’ Ulied Il-Lejl nhar it-Tlieta li ġej.