Britney Spears tkellmet fuq il-midja soċjali u ħolqot dibattitu dwar il-kredibilità tal-iskripts għall-films bijografiċi fuqha u fuq artisti oħra, li huma miktuba minn kulħadd, ħlief il-persuna li għexet il-ħajja.
“Stramba għalija li dawn in-nies kollha qed jibdew jibagħtuli dawn l-iskripts kollha fuq ħajti stess iżda l-ebda waħda mill-iskripts m’hu veru, mhux suppost huwa jien li nagħmel ir-rwol f’ħajti?”
Britney kompliet tagħti dettalji dwar esperjenza simili li ġrat lil Madonna u żiedet, “Madonna qalet ukoll fuq Jimmy Fallon li n-nies qed jibagħtulha skripts dwar il-films dwar ħajjitha u l-iskripts ukoll huma fittizji. X’qed jaħsbuna?”
“Jien għandi 39, Madonna għandha 63. M’aħniex mejtin, x’qed jaħsbuna?”