Qed Jieħu Lill-Pubbliku Passiġati Miegħu B'Mod Virtwali

Conrad Neil Gatt li huwa fotografu bravissimu ddeċieda li f’dan iż-żmien li għaddejjin minnu, iħaddem it-talent tiegħu tal-fotografija b’mod differenti flimkien ma’ passiġġati sbieħ fil-kampanja Maltija u mkejjen oħra li forsi mhux daqstant huma magħrufa jew imfittxija. Barra minn hekk, wara jitfa’ ritratti u filmati biex jaqsamhom mal-pubbliku.

Illum kien imiss Għar il-Kbir, limiti tal-Buskett. Jidher li skopra għar ukoll u daħal iżuru. Ġmiel ta’ mkejjen li juruna li Malta wkoll għandha x’toffri fl-aspett naturali tagħha. Conrad kien akkumpanjat minn ħuħ Anthony David Gatt u wkoll Nadia Pace u fakkar li żammew id-distanza soċjali meħtieġa.

Semma’ wkoll li dan huwa post aċċessibbli ħafna u anke tajjeb biex wieħed imur bit-tfal; dejjem taħt superviżjoni.





Ftit ilu Conrad żar ukoll Binġemma u anke l-Blata tal-Melħ, limiti tal-Imġarr f’Malta fost tant oħrajn. Prosit lilek Conrad għaliex bis-saħħa tiegħek, qed igawdu pajjiżna persuni li forsi ma jistgħux iżuru postijiet bħal dawn.

Mill-banda l-oħra, lilkom li qed taqraw dan l-artiklu u li forsi titħajru żżuruhom, ftakru biex iżżommuhom dejjem nodfa. Din hija artna!

Ritratt: Facebook/ Conrad Neil Gatt



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI