Għada huwa Jum id-Duluri, ġurnata li waqt li tkompli tippreparana għall-festi tal-Għid, tfakkarna fil-passjoni li għadda minnha Kristu. Is-sindku tal-Belt Valletta Olaf McKay isemmi l-ħidma li qed issir kontinwament biex kollox ikun lest għall-pelleggrinaġġ nazzjonali.
“Qed jinħaslu l-inħawi tal-Belt bħala parti mill-preparamenti għall-pellegrinaġġ nazzjonali tad-Duluri. Inkomplu naħdmu mal-entitajiet kollha sabiex il-Belt tkun nadifa, organizzata u mħejjija kif jixraq għal din l-okkażjoni tant importanti,” kiteb Olaf.
Prosit kbira lil kull min hu involut. Tattendu avvenimenti relatati ma’ dawn iż-żminijiet?