"Qed Jinstabu Ammont Ta' Siringi Fir-Ramel" – Appell Biex Dak Li Jkun Joqgħod Attent!

Meta wieħed imur jgħum f’xi bajja jew oħra, tajjeb li joqgħod attent speċjalment dawk il-ġenituri li għandhom it-tfal żgħar u jkunu qed jilagħbu fir-ramel. Dan minħabba l-fatt li f’dawn l-aħħar jiem jidher li nstabu xi siringi fuq il-bajjiet lokali.





F’post li ġie mtella’ fuq il-grupp Dilettanti Tal-Agrikoltura Siġar u Pjanti wieħed seta’ jara ritratt ta’ siringa li nstabet fuq il-bajja tal-Armier. Il-post tgħid, “Qed jinstabu ammonti ta’ siringi fir-ramel. Din instabet fl-Armier. Ħudu ħsieb. Min jagħmel użu kunu prudenti almenu!”

Tajjeb li kulħadd joqgħod attent!

Facebook / Danielle Shannon



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI